Aġġornata: Allarm falz minħabba buttuna li ntgħafset bi żball

Read in English.

Allarm falz wara li l-buttuna tal-alarm ġiet attivata bi żball. Din il-buttuna tibgħat messaġġ li l-ajruplan qed jiġi maħtuf. Dan l-inċident qabel it-titjira skedata mill-ajruport ta’ Schiphol f’Amsterdam għal Madrid.

Il-linja tal-ajru fuq Twitter spjegat li l-alarm ġiet attivata bi żball u skużat ruħha għal dan l-inċident. Spjegaw ukoll li n-nies qed jistennew biex ikunu jistgħu jaqbdu t-titjira għal Madrid.

L-ajruport ta’ Schiphol huwa wieħed mill-aktar popolari fl-Ewropa u jilqa’ fih aktar minn 70 miljun passiġġier kull sena.