Sitwazzjoni ġdida għal Lorna

Daphne Said bħala Lorna u Marica Cassar bħala Sandra f'Santa Monika

Fis-sitt puntata mill-ewwel staġuna mis-sensiela Santa Monika li se jixxandar illejla fit-8.45pm fuq l-istazzjon Net se naraw lil Lorna tħabbat wiċċha ma’ sitwazzjoni ġdida hekk kif Sandra tinsab maqfula fiċ-ċella tal-iżolament. Joħroġ biċ-ċar kemm Charles hu bniedem bla skrupli u korrott.

Min hi l-persuna li magħha qed tagħmel kuntatt Joanne?

Marija tmur tgħix maz-zija Ġuża u l-problemi jikbru… 

Jieħdu sehem fost oħrajn Theresa Gauci, Frederick Testa, Daphne Said, Ray Attard, Vivienne Caruana, Simone Zammit, Vanessa Cassar, Monica Attard, Claire Agius Ordway u Roderick Vassallo.