Sitta jmutu fi splużjoni fir-Repubblika Ċeka

Sitt persuni tilfu ħajjithom fi splużjoni f’impjant kimiku fir-Repubblika Ċeka.
Skont il-midja tal-post, oħrajn indarbu serjament.
L-isplużjoni seħħet fl-impjant tal-Unipetrol fil-belt ta’ Kralupy fit-Tramuntana ta’ Praga.
Pulizija u servizzi ta’ emerġenza jinsabu fuq il-post.
Il-kawża tal-isplużjoni għadha mhix magħrufa. 
Madanakollu skont il-Unipetrol in-nirien bdew minn tank u li ma kienx hemm iktar periklu, lanqas għar-residenti tal-belt. 
Unipetrol hija waħda mill-ikbar kumpaniji tad-distribuzzjoni taż-żejt u li tipproduċi l-plastik fir-Repubblika Ċeka.