Sitt żgħażagħ iħallu Malta għall-missjoni fil-Malawi

Grupp ta’ sitt żgħażagħ mill-Youth for Mission fi ħdan MISSIO, ħallew Malta biex iqattgħu xahar fil-Malawi, pajjiż fqir fix-Xlokk tal-Afrika.
Bernard, Charlene, Ramona, Martha, Janice u Amanda se jaħdmu f’orfanatrofju fid-djoċesi ta’ Karonga. Se jkunu qed jgħallmu u jilagħbu mat-tfal iltiema, filwaqt li jgħinu fi programm ta’ ikel.
Il-proġett ewlieni li se jgħinu fih hu dak tat-tħaffir ta’ borehole biex jittella’ ilma nadif għall-użu ta’ komunità f’waħda mill-parroċċi li se jżuru.
F’dawn l-aħħar snin, MISSIO beda proġetti ta’ tħaffir ta’ boreholes biex jittella’ ilma nadif li hu bżonnjuż għall-ħajja ta’ dawn in-nies li huma neqsin mill-aktar affarijiet bażiċi tal-ħajja.
Il-Youth for Mission kull sena jtella’ grupp ta’ żgħażagħ Maltin fil-missjoni.
Min jixtieq jagħmel esperjenza missjunarja jista’ jċempel fuq 21236962.