Sitt xhur sospiżi talli qassam il-kannabis

Raġel ta’ 24 sena ngħata sentenza ta’ sitt xhur sospiża għal sena wara li ammetta għat-traffikar permezz ta’ tqassim tad-droga cannabis.

Ir-raġel Indjan Mohammed Aslam Kallazhikundil Moideen inqabad b’ammont ta’ joints, li kienu intenzjonati li jitqassmu ma’ sħabu li kienu fl-istess party miegħu.

Il-Qorti nnutat li l-akkużat kellu kondotta nadifa u kkopera mal-Pulizija.