Sitt xhur minn meta għeb MH370

F’Beijing fiċ-Ċina l-qraba tal-passiġġiera li kienu fuq it-titjira MH370 fakkru sitt xhur minn mindu għeb l-ajruplan.
Madwar 30 persuna nġabru quddiem tempju tal-Buddisti fil-belt kapitali taċ-Ċina fejn fakkru l-memorja tal-qraba tagħhom.
L-ajruplan għeb wara li għamel siegħa fl-ajru fit-8 ta’ Marzu li għadda.
Kien hemm 239 passiġġiera u membri tal-ekwipaġġ abbord it-titjira.
Informazzjoni minn satellita wriet li l-ajruplan temm il-vjaġġ tiegħu fil-baħar qrib Perth l-Awstralja.