Sitt xhur ħabs wara li ħarab mill-kustodja tal-pulizija

Read in English.

Salem Uma Doumbia ta’ 19-il sena mill-Kosta tal-Ivorju li joqgħod San Pawl il-Baħar weħel sitt xhur ħabs wara li prova jaħrab mill-kustodja tal-pulizija.

Hu għamel dan hekk kif il-Ħamis għal ħabta tas-1pm, kien eskortat lejn id-depot tal-pulizija fil-Floriana wara li instabet fuqu d-droga.

Iż-żagħżugħ ħarab iżda nstab moħbi fil-qrib. Il-Ġimgħa tressaq quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud. Hu ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u weħel sitt xhur ħabs effettivi.