Sitt turisti jmutu wara li ntlaqtu minn karozza fl-Italja

Ambulance and fire crews work at the scene where a male driver of a car hit a group of German tourists, killing six in Lutago, Italy January 5, 2020. Vigili del Fuoco Lutago/Handout via REUTERS

Read in English.

Sitt turisti Ġermaniżi tilfu ħajjithom wara li sewwieq li x’aktarx kien xurban baqa’ dieħel ġo fihom bil-karozza ġo villaġġ fit-Tramuntana tal-Italja.

11-il persuna oħra sfat midruba, uħud minnhom bi ġrieħi serji. It-turisti kienu kollha żgħażagħ.

L-inċident ġara fis-sigħat bikrin tal-Ħadd fil-villaġġ żgħir Lutago.

Is-sewwieq ta’ 27 sena għamlulu test tal-alkoħol, u rriżulta li kien taħt l-effett tax-xorb. Huwa ġie arrestat.