Sitt snin priġunerija wara li kkorrompa lil bintu

Raġel ta’ 49 sena minn Bormla ngħata sentenza ta’ sitt snin priġunerija wara li nstab ħati li 10 snin ilu kkorrompa lil bintu ta’ 15-il sena.

Fil-Qorti t-tifla qalet li missierha kien juriha filmati pornografiċi u kien ineżżaha u jmissha.

Hija qalet li l-ġenituri tagħha kienu sseparaw iżda baqgħet tiltaqa’ ma’ missierha bil-moħbi ta’ ommha, għalkemm kien hemm ordni mill-Qorti li missierha ma jistax jaraha. Qalet ukoll li missierha kien jgħidilha biex ma titkellem ma' ħadd għaliex kien jispiċċa fl-inkwiet.

Fil-Qorti omm it-tifla qalet li bintha kellha tingħata l-għajnuna medika u għamlet xi żmien f’xelter minħabba li missierha kien taha x-xorb alokoħoliku.