Sitt snin priġunerija wara li abbuża mit-tifla tas-sieħba tiegħu

Raġel ta’ 49 sena ngħata s-sentenza ta’ sitt snin priġunerija wara li nstab ħati li wettaq abbuż sesswali fuq bint is-sieħba tiegħu li għandha seba’ snin.
Huwa kien mixli wettaq dan l-abbuż f’Jannar 2009 f’Wied il-Għajn fid-dar tas-sieħba tiegħu.
Il-Pulizija bdew jinvestigaw il-każ wara li t-tifla, li kienet tgħix f’istitut tas-sorijiet, tkellmet dwar l-abbuż mas-soru u ma’ ħutha li wkoll jgħixu fl-istitut.
Fil-Qorti ntqal li l-akkużat kien imur bla qalziet fil-kamra tat-tifla, ineħħilha l-ħwejjeġ u jmissilha l-partijiet intimi.
It-tifla sostniet li waqt l-abbuż ma kienx ikun hemm ommha d-dar.
Il-Qorti qalet li ma kienx hemm lok li l-verżjoni tat-tifla ma titwemminx.