Sitt priġunieri pożittivi għall-eroina

Ilbieraħ filgħaxija, saru aktar testijiet tal-urina fuq ir-residenti fil-Facilità Korretiva ta’ Kordin.
 
Sitt residenti instabu pożittivi għall-eroina. Dawn is-sitta ġew trasferiti f’diviżjonijiet separati.
Fi stqarrija, il-Ministeru tal-Intern qal li għaddejja investigazzjoni intensiva biex  isir magħruf kif id-droga iddaħlet ġewwa il-facilità.
 
L-istaff tal-Faċilità Korretiva jibqa’ impenjat, fuq struzzjonijiet tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali biex jiġġieled id-droga fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex din il-faċilità tkun verament post ta’ rijabilitazzjoni għar-residenti fi ħdanha.