Sitt konsorzji shortlisted għall-proġett tal-powerstation bil-gass

Il-Gvern ħabbar li sitt konsorzji ġew shortlisted biex jissottomettu offerta finali għal xiri ta' perjodu twil ta' żmien tal-elettriku u ftehim li permezz tiegħu ikun provdut il-gass fil-ħidma tal-Gvern lejn kontijiet orħos u arja aktar nadifa.

Is-sitt konsorzji huma Daewoo Shipping and Marine Engineering Company Ltd, ElectroGas Malta Consortium, Edison SPA, Endeavour Energy Holdings LLC and Exodus Crossing LLC, Soffimat Gestamp u Yildirim Tecnicas Power and Gas.

Il-Ministeru fakkar li l-Gvern beda jaħdem fuq dan il-proġett sa mill-ewwel jum fejn fi ftit inqas minn xahar wara l-elezzjoni, il-Gvern kien diġa ħareġ is-sejħa internazzjonali tal-espressjoni ta’ interess. Intqal li oriġinarjament kien hemm dsatax-il sottomissjoni.

Minbarra li għaddej dan il-proċess, bħalissa għaddejjin ukoll l-istudji kollha meħtieġa biex il-MEPA, wara konsultazzjoni ma’ dawk kollha konċernati, eventwalment toħroġ il-permessi neċessarji.