Tliet vetturi nqerdu għalkollox waqt li tlieta oħra ġarrbu ħsarat konsiderevoli f’nar li ħakem Triq Jean La Cassiere f’San Pawl il-Baħar.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-Pulizija ssejħu fuq il-post għal ħabta tan-12.30am.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ u l-pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili ħadu madwar sagħtejn biex ikkontrollaw in-nar.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marcen Farrugia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.