Sitt kandidati jikkontestaw għall-post ta’ Comodini Cachia

Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li rċeviet sitt nomini għall-kandidatura ta' Membru Parlamentari Ewropew biex jimtela l-post li tbattal minn Therese Comodini Cachia.
L-għadd tal-voti se jsir nhar it-Tlieta 18 ta' Lulju, bil-kontestanti jkunu Raymond Bugeja, Kevin Cutajar, Helga Ellul, Jonathan Shaw, Norman Vella u Francis Zammit Dimech.
L-għadd se jsir fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, u jibda fit-8:30am