Sitt impjegati ġodda mal-FIAU din is-sena

L-aġenzija tal-Gvern kontra l-ħasil tal-flus jew l-FIAU impjegat sitt impjegati s’issa matul din is-sena.
Għall-mistoqsija fil-parlament imressqa mid-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li ħamsa minn dawn kienu fuq kuntratt indefinit, filwaqt li ħaddiem ieħor beda jaħdem ma’ din l-aġenzija fuq kuntratt definit.
Is-sena l-oħra b’kollox ġew ingaġġati disa’ impjegati oħra mal-FIAU, kollha fuq kuntratt indefinit.
Fl-istess waqt, il-Ministru Scicluna qal li fl-2016 kien hemm erba’ persuni li rriżenjaw mill-FIAU, filwaqt li din is-sena s’issa kienu tnejn l-impjegati li rriżenjaw.