Sitt ħaddiema miżmuma minn raġel armat fin-Niġerja

Mill-inqas sitt ħaddiema tal-kostruzzjoni sfaw attakkati minn raġel armat li attakka kamp fin-naħa ta’ fuq tan-Niġerja. Hu mifhum li wieħed mill-ħaddiema kien ta’ nazzjonalità Taljana, ieħor Grieg filwaqt li ħaddiem ieħor kien mil-Libanu. Madanakollu, uffiċċjali Ingliżi ma kkonfermawx rapport li ħaddiem ieħor kien Ingliż.

Għalkemm ħadd m’ammetta u refa’ responsabbiltà għal dan l-attakk li żamm lis-sitt ħaddiema barranin kontra r-rieda tagħhom, il-grupp militanti Islamista Boko Haram wettaq sensiela t’ attakki fin-naħa ta’ fuq tan-Niġerja.

Hu rrappurtat ukoll li persuna tas-sigurtà nqatel hekk kif l-aggressur attakka lill-ħaddiema.