Sitt għaqdiet jingħataw fondi mill-Kawżi Ġusti

Sitt għaqdiet mhux governattivi ngħataw ftit iktar minn €69,500 bejniethom mill-Fond tal-Lotteriji għall-Kawżi Ġusti.
Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, qassam l-għotjiet lil Caritas Malta, l-Emergency Responce and Rescue Corps, lis-Soċjetà Mużikali Santa Marija tal-Qrendi, lir-Rehabilitation in Society Foundation (RISE), lill-Ħbieb tat-Tempju Sant’Elena ta’ Birkirkara u lill-Physically Handicapped Rehabilitation Fund.
Il-Ministru Scicluna qal li permezz ta’ dan il-Fond, għaqdiet bi ħtiġijiet modesti jistgħu jingħataw l-għajnuna waqt li fakkar li l-fond ma jkoprix l-ispiża kollha tal-inizjattiva li tkun se ssir. 
Ritratt: DOI – Pierre Sammut