Sitt fergħat tal-BOV jiftħu waranofsinhar

BOV

Read in English.

Sitt fergħat tal-BOV se jibdew jibqgħu miftuħin wara nofsinhar f’ ċerta ġranet tul ix-xhur tas-sajf. Filwaqt li l-klijenti jistgħu jmorru l-bank biex jiddiskutu għadd ta’ servizzi,  is-servizz tal-ikkaxxjar mhux se jkun offrut f’dawn il-ħinijiet.

Dawn il-fergħat se jiftħu mill-4.30pm sa 7pm f’ dawn il-ġranet, ħlif f’festi publiċi, mit-3 ta’ Lulju:

·        Il-fergħa taż-Żejtun nhar ta’ Tlieta

·        Il-fergħa tar-Rabat, Għawdex nhar ta’ Erbgħa

·        Il-fergħa ta’ San Ġwann nhar ta’ Ħamis

·        Il-fergħat tal-Mosta, s-Siġġiwi, u ż-Żurrieq nhar ta’ Ġimgħa

Matul dan il-perjodu, il-klijenti jistgħu jżuru l-fergħat biex jiddiskutu għadd ta’ servizzi, fosthom il-bancassurance, stockbroking u skemi ta’ investiment kollettiv, kif ukoll il-firxa sħiħa ta’ prodotti ta’ self personali u self fuq il-propjetà. Wieħed jista’ jsaqsi wkoll dwar karti ta’ debitu u kreditu, kif ukoll dwar il-BOV 24X7 Services li jinkludu l-faċilità li wieħed jagħmel tranżazzjonijiet bankarji permezz tal-internet jew il-mowbajl.

Għal aktar dettalji wieħed jista’ jidħol fis-sit tal-BOV, iċempel fuq 21312020 jew jbgħat email fuq customercare@bov.com.