Sitt drama bil-Malti fuq Melita More

Għal dawk li jħobbu jsegwu drama bil-Malti, l-istazzjon Melita More qed joffri għażla ta’ sitt sensiliet differenti bil-Malti li qed jixxandru fuq dan l-istazzjon li wieħed jista’ jsegwi permezz ta’ Channel 315.

L-iskeda ta’ Awwissu ta’ dan l-istazzjon hi waħda varja bi produzzjonijiet mhux biss Maltin iżda oħrajn Ingliżi u Amerikani.

Għal dawk li jippreferu jsegwu xi ħaġa bil-Malti, dawn huma l-programmi, il-ġranet u l-ħinijiet

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa

10.15am Ħbieb u Għedewwa – Repetizzjoni tal-puntata tal-ġurnata ta’ qabel.

3.45pm Ħbieb u Għedewwa – Episodju ġdid (sal-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu).

4.15pm Rajt ma Rajtx – Puntati mit-tieni staġun.

5.15pm Manwela – L-ewwel staġun mit-Tnejn 3 ta’ Awwissu.

7.45pm Division 7 – Matul Awwissu, puntati mir-raba’, il-ħames u s-sitt staġun.

Il-Ħamis

11.30pm Aenigma – Stejjer paranormali.

Is-Sibt

09.15am Klassi Għalina – 5 puntati wara xulxin.