Sit tal-kostruzzjoni jieħu n-nar; ħadd ma jweġġa’

Read in English.

Sit tal-kostruzzjoni f’San Pawl il-Baħar ħa n-nar meta ħaddiema qabdu xi kartun fuq il-post bil-konsegwenza bil-membri tal-Protezzjoni Ċivili msejħa fuq il-post fis-7 ta’ filgħodu. L-inċident seħħ fi Triq il-Korp tal-Pijunieri.

Fuq il-post marru uffiċjali tal-Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili, vetturi tat-tifi tan-nar u tim mediku mill-Isptar Mater Dei iżda b’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident hekk kif in-nar ġie kkontrollat fl-iqsar żmien.