Sit elettroniku ġdid għall-Malta Co-operative Federation

Il-Malta Co-operative Federation nediet is-sit elettroniku uffiċjali tagħha: www.maltacooperativefederation.coop. Is-CEO Rolan Micallef Attard spjega li kien essenzjali għall-iżvilupp tal-moviment koperattiv f’Malta li ssir disponibbli informazzjoni attwali u aġġornata dwar il-mudell koperattiv ta’ negozju.

Wieħed jista’ jsib informazzjoni dwar diversi servizzi fosthom, il-vantaġġi li wieħed iwaqqaf koperattiva tal-ħaddiema, tas-servizzi, tal-produtturi jew koperattiva soċjali. Is-sit joffri wkoll pariri ta’ esperti dwar kwistjonijiet relatati mal-koperattivi.

Is-sit se jkun aġġornat kontinwament b’aħbarijiet u riżorsi relatati mal-koperattivi.

Imwaqqfa f’Novembru tal-2012, il-Malta Co-operative Federation hi organizzazzjoni li taħdem biex tgħin lis-soċjetajiet koperattivi.