Sit elettroniku ġdid għall-Grupp Farsons

Dan l-aħħar, il-Grupp Farsons nieda mill-ġdid is-sit tiegħu www.farsons.com b’dehra aktar moderna. Mis-sit il-ġdid tista’ tara t-tagħrif fuq il-Grupp Farsons malajr u bla diffikultà. Id-disinn il-ġdid joffri wkoll esperjenza pożittiva għal kull min iżuru, bis-saħħa tat-titjib li sarlu fin-navigazzjoni u t-tqassim.
Is-sit għandu disinn modern u huwa kompatibbli mal-mezzi diġitali kollha, kemm kompjuters, tablets kif ukoll smartphones.
Susan Weenink, Head of Marketing and Communications, qalet li, “Is-sit hu l-vetrina tal-Grupp u tal-portfolio estensiv tagħna, kemm b’marki ta’ prodotti lokali kif ukoll internazzjonali. Hu l-lok ideali għal kull min hu interessat fin-negozju tagħna, kemm għall-konsumaturi, il-klijenti, l-azzjonisti, l-impjegati attwali u futuri, kif ukoll għall-komunità lokali. Maż-żmien, il-Grupp Farsons evolva u kiber f’oqsma oħra differenti minn dak tax-xorb u, għalhekk, is-sit hu l-punt ta’ referenza għal kull min jixtieq jaf aktar fuqna u fuq it-twemmin tagħna”.
Weenink temmet tgħid li “filwaqt li l-istorja u l-wirt tagħna għandhom sehem importanti fil-ġrajja tal-Grupp, is-sit il-ġdid jirrifletti l-aspirazzjonijiet tagħna li nkomplu nespandu lil hinn minn xtutna u jpoġġi lill-Grupp fuq quddiemnett fejn tidħol l-innovazzjoni.”
Is-sit ġie ddisinjat mill-BPC International u żviluppat mill-Alert eBusiness.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.