Sistemi tal-IT ġodda biex il-mediċini ma jkunux out-of-stock

Biex tiżdied l-effiċjenza u l-effettività tas-servizz offrut mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC), minn din il-gimgħa fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana u ta’ Raħal Ġdid bdew jitħaddmu sistemi tal-IT ġodda. 
Dan biex l-ispiżjara jkollhom stampa aktar ċara tas-sitwazzjoni u jkunu jistgħu jipprevjenu minn qabel li tonqos il-provvista ta’ mediċina partikolari.
Pazjenti li jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżerji taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana u ta’ Raħal Ġdid, u li riċentement irċevew il-Patient Voucher Letter tagħhom mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC), għandhom jippreżentaw dan il-voucher meta jiġbru l-mediċini tagħhom mill-imsemmija ċentri.