Sistema tal-jakuzzi tikkawża inċidenti li setgħu kienu fatali

L-Awtorita’ għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur qed tavża dwar il-periklu li qed tikkawża sistema ta’ bubble spa u jakuzzi.
Id-ditta ta’ dan il-prodott hija Camaro MSpa, u hija mmanufatturata mill-Oriental Recreational Products, f’Shanghai.
L-Awtorita’ qalet li dan il-prodott kien qed jikkawża riskju ta’ xokk u saħansitra, ġew irrapurtati każijiet li setgħu kellhom tmiem fatali.
Skont sorveljanza mill-Awtorita’ Olandiża, dan il-prodott seta’ wasal f’Malta.