Sistema ġdida ta’ arja kundizzjonata f’Mater Dei sa tmiem is-sena

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne xegħel l-ewwel chiller minn erbatax li se jkunu qed jiffurmaw parti mit-tagħmir meħtieġ għat-tħaddim tas-sistema tal-arja kundizzjonata f’kull parti tal-Isptar Mater Dei. 
Il-Ministru Fearne qal li dan qed isir b’investiment ta’ €6.5 miljun, u s-sistema kompluta mistennija titlesta sal-aħħar ta’ din is-sena. 
Huwa qabbel l-Isptar Mater Dei ma’ villaġġ żgħir mgħammar b’impjanti sofistikati li l-pubbliku ġenerali ma jarax.
Semma kif għall-ewwel darba l-Gvern mhux qiegħed biss jixtri l-apparat, imma wkoll kuntratt ta’ manutenzjoni għal ħmistax-il sena.
Ritratt: MFH