Sistema ġdida li tkejjel l-indiċi fil-Borża ta’ Malta

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna inawgura sistema ġdida fuq il-Borża ta’ Malta li tkejjel il-valur tal-investimenti permezz ta’ indiċi.
Qal li dan l-iżvilupp qed iġib lill-Borża ta’ Malta fuq l-istess livell ta’ boroż oħra internazzjonali.
Dan l-indiċi ġdid jikkalkula kemm il-valur tal-ishma kif ukoll id-dividends li jitħallsu mill-kumpaniji.
Tkellem ukoll iċ-Chairman tal-Borża ta’ Malta Joseph Portelli li qal li se jitnieda programm li se jiffaċilita l-investiment mill-ġdid tad-dividends.
Għall-ewwel darba, il-Borża ippreżentat dividend speċjali ta’ €2 miljun lill-Gvern ta’ Malta.
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo