S’issa tneħħew 648 persuna mir-Reġistri Elettorali

Il-Kummissjoni Elettorali infurmat lill-pubbliku li skont Att numru 11 tal-2019, bdew jinqatgħu xi ismijiet ta’ nies li tilfu l-kwalifika li jibqgħu irreġistrati bħala votanti fir-Reġistri Elettorali tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew.

In-nies li tneħħew mir-reġistru intbagħtitilhom ittra fl-indirizz li kienu l-aħħar irreġistrati fih. Skont stqarrija mill-Kummissjoni Elettorali, il-Kummissjoni ippublikat il-lista fil-Gazzetta tal-Gvern bl-ismijiet tal-votanti involuti nhar it-30 ta’ Awwissu 2019.

Il-persuni involuti jitneħħew totalment mir-reġistru xahar wara mill-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni qalet li dan il-proċess qed jimxi skont Artikolu 26 ta’ Kapitlu 354 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Tista’ tara l-ismijiet li se jitneħħew minn hawn.