Filmat: Jinġabru miljun ewro għal Dar Bjorn

Aġġornat 07:29 AM

Read in English.

Propju llum għaddejja maratona ġbir ta’ fondi fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni fejn s’issa rnexxielha taqbeż il-miljun ewro. Mal-aħbar li nqabżu l-miljun ewro, il-fundatur ta’ ALS Malta Bjorn Formosa beda jibki bil-ferħ u s-sodisfazzjon.

Din il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi qed issir sabiex tkun tista tinfetaħ it-tieni Dar Bjorn għall-pazjenti bl-ALS u kundizzjonijiet newroloġiċi. Il-maratona bdiet f’nofsinhar u se tibqa’ għaddejja sa nofsillejl.

L-ewwel Dar Bjorn, f’Ħal Qormi, ġiet inawgurata fl-2017 fuq inizjattiva ta’ Bjorn Formosa, li xtaq li jkun hemm faċilità residenzjali fejn pazjenti bl-ALS u kundizzjonijiet simili jkunu jistgħu jgħixu u jirċievu assistenza medika bla ħlas. Però din id-dar tista’ tospita biss 13-il pazjent, u l-lista ta’ stennija qabżet il-50 persuna.

Issa ALS Malta qed tippjana li tiftaħ faċilita’ akbar u aktar ġdida f’Ħaż-Żebbuġ, li tipprovdi aktar sodod speċjalizzati mqassmin fuq 7 sulari. L-ispiża biex titlesta’ u tinfetaħ id-dar tammonta għal €5 miljun, u s’issa inġabru aktar minn €3 miljun.

S’issa għadha ma nstabitx kura għall-ALS, u x-xewqa ta’ Bjorn hi li jilħaq il-ftuħ tat-tieni dar li ġġib ismu. B’hekk ALS Malta tħeġġeġ il-pubbliku biex ikun ġeneruż u jgħin biex din l-inizzjativa ssir realtà.

Il-maratona qed tixxandar fuq stazzjonijiet varji tat-TV: TVM, TVM2, One, Net u Fliving.

Tista’ ssegwiha LIVE ukoll minn hawn.

Tista’ tagħti d-donazzjoni tiegħek minn hawn:

  • Għal donazzjoni ta’ €20 ċempel fuq 5100 2017
  • Għal donazzjoni ta’ €50 ċempel fuq 5190 2075
  • Għal donazzjoni ta’ €11.65 ibgħat SMS fuq 5061 9271
  • Pledges jistgħu jsiru billi ċċempel fuq 21 311 311
  • Tista’ tagħmel ukoll donazzjoni permezz tal-BOV Mobile Pay fuq 7909 6249