S’issa l-ebda żona f’Għawdex għall-kannabis mediċinali – Cardona

S’issa l-ebda żona f’Għawdex speċifika ma ġiet identifikata għal tkabbir u produzzjoni ta’ kannabis għal skopijiet mediċinali.

Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari, tad-deputat Nazzjonalista, Chris Said.  sabiex jiġu identifikati ż-żoni li fihom qed jipproduċu l-kannabis għal skopijiet mediċinali f’Għawdex.

F’Novembru li għadda l-Prim Ministru Joseph Muscat kien ħabbar li 10 operaturi tal-kannabis mediċinali ġew approvati mill-Malta Enterprise u mistennija japplikaw mal-Awtorità tal-mediċina għal-liċenzja.