S’issa ġew imlaqqma 1,400 persuna f’Malta

mary-pizzuto-covid-19-vaccine-minister-farrugia

Read in English.

F’Malta, diġà ġew imlaqqma madwar 1,400 persuna bil-vaċċin ta’ Pfizer-BioNTech kontra l-Covid-19.

Bħalissa qed jiġu mlaqqma madwar elfejn persuna fil-ġimgħa u mistennija jiżdiedu għal 5,000, imbagħad 10,000 fil-ġimgħa sakemm ir-ritmu tat-tlaqqim jiżdied għal 20,000 doża biex sas-sajf inkun tkun imlaqqma l-maġġoranza tal-poplu Malti.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne stqarr mal-gazzetta the Sunday Times li l-proċess tat-tilqim miexi skont kif ippjanat. L-ewwel ma tlaqqmu kienu l-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei, u wara ngħataw t-tilqima dawk li jaħdmu fil-kura primarja u fiċ-ċentri tat-testijiet madwar Malta u Għawdex, kif ukoll fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Ftit tal-jiem ilu bdew jitlaqqmu ukoll l-anzjani li jgħix fid-djar tal-anzjani.

L-ewwel konsenja ta’ 10,000 doża tal-Pfizer-BioNTech wasslet fis-26 ta’ Diċembru u waqt li t-tieni lott ta’ dożi wassal ftit tal-jiem ilu.

Intant, l-Iżrael sar l-ewwel pajjiż li laqqam ‘il fuq minn miljun persuna. It-tilqim f’dan il-pajjiż beda fid-19 ta’ Diċembru. It-tilqim f’Iżrael qed jsir ritmu mgħaġġel ħafna tant li qed jitlaqqmu mal-150,000 persuna kuljum skont ċifri miġbura mill-website Our World in Data.

Il-Prim Ministru ta’ Iżrael Benjamin Netanyahu qed ibassar li Iżrael se tkun kapaċi joħroġ mill-pandemija sa Frar hekk kif il-pajjiż jinsab fit-tielet lockdown tiegħu. Il-priorità qed tingħata lill-persuni ‘il fuq minn 60 sena, ħaddiem fil-qasam tas-saħħa kif ukoll persuni vulnerabbli.