Sirte taħt il-kontroll tal-forzi leali lejn Haftar

FILE PHOTO: A Libyan man carries a picture of Khalifa Haftar during a demonstration to support Libyan National Army offensive against Tripoli, in Benghazi, Libya April 12, 2019. REUTERS/Esam Omran Al-Fetori/File Photo

Il-forzi Libjani leali lejn il-Ġeneral Khalifa Haftar ħadu kontroll tal-belt ta’ Sirte.

Sirte tinsab fiċ-ċentru tal-kosta Mediterranja tal-Libja u kienet kontrollata mill-forzi tal-Gvern ta’ Alleanza Nazzjonali, wara li kienu keċċew lill-Istat Iżlamiku wara attakki mill-ajru mgħejjuna mill-Istati Uniti fl-2016. 

Il-kontroll ta’ Sirte jista’ jitqies bħala kisba importanti għall-forzi leali minn Haftar, li bħalissa għaddej b’offensiva biex jikseb kontroll tal-kapitali Tripli. 

Il-kontroll ta’ Sirte kienet possibbli grazzi għall-operazzjoni mgħaġġla u li kellha effett immedjat. 

Din r-rebħa qed titqies bħala waħda importanti ħafna, fid-dawl tal-preżenza militari Torka, li qed tappoġġja lill-Gvern rikonoxxut internazzjonalment.