“Sirt naf minn Newsbook bil-private jet” – Ian Borg

Minister for Transport, Infrastructure and Capital Projects Ian Borg presides over the launch of control room operated by Malta Public Transport MPT Qormi Centre (near KIA showroom)

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li hu sar jaf bil-każ ta’ Jacqueline Gili, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li nġabet Malta fuq jet privat biex tivvota dwar il-proġett tal-Grupp db, mill-mistoqsijiet li Newsbook.com.mt bagħat lill-Awtorità. Qal ukoll li kienet l-istess Awtorità li nfurmat lill-Ministeru dwar il-każ.

Inġabet b’business jet privat biex tivvota favur id-db Group

Ian Borg kien qed iwieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet dwar il-każ li tressqu mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.  Il-proġett tad-db jinkludi bini ta’ lukanda u appartamenti ħdejn il-bajja ta’ San Ġorġ.

Il-Ministru Borg tenna l-istess risposta li hu la kien infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċiżjoni, waqt li reġa’ esprima l-opinjoni tiegħu li ma jaqbilx mad-deċiżjoni.

Azzopardi staqsa meta l-ministru meta kien jaf bid-deċiżjoni, meta ta l-approvazzjoni tiegħu, kemm-il darba, l-Awtorità tal-Ippjanar għamel arranġamenti biex xi membru ta’ xi Bord tagħha jinġieb Malta bi private jet, kemm kienet l-ispiża għall-użu tiegħu u jekk kinitx Gili stess li talbet tinġieb bi private jet.

Il-Ministru qal li qatt ma sar kuntatt minnu jew mas- segretarjat tiegħu ma’ Gili peress li qatt ma kien jaf b’dan il-każ mill-bidu nett. Huwa saħaq li l-PA hija awtorità independenti u awtonoma.

Kien il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia li kien talab lill-Ministru Ian Borg biex jerfa’ responsabbiltà.

Il-Ministru Borg għandu jerfa’ r-responsabbiltà dwar il-jet privat – Delia