“Sirt allerġiku għal min jgħid li se jġib eluf ta’ studenti”

Read in English.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li mhux sodisfatt li bl-Universitá Amerikana ta’ Malta. Meta kien qed jitkellem fil-ftuħ tad-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi dwar l-Edukazzjoni Avvanzata u ogħla, Bartolo qal li sar allerġiku meta investituri jgħidu li se jġibu eluf ta’ studenti.

Huwa qal li l-Gvern m’għandux liċenzji għall-bejgħ fl-edukazzjoni. Bartolo qal li biex tiftaħ istituzzjoni edukattiva  mhux bħal meta tiftaħ garaxx tax-xogħol u hemm bżonn li jkollhom lekċerers ta’ kwalitá. Huwa qal li bħalissa hawn 13-il istituzzjoni edukattiva differenti.