Sirjan qed jinqatel kull 25 minuta u ieħor iweġġa’ kull kwarta

Il-mibgħut tan-Nazzjonijiet Magħquda fis-Sirja qal li fl-aħħar 48 siegħa, medja ta’ Sirjan nqatel kull 25 minuta u ieħor weġġa’ kull 13-il minuta.  
Staffan de Misruta ħeġġeġ lill-Istati Uniti u lir-Russja biex jintervjenu bl-aħjar mod li jistgħu biex jinżamm il-ftehim għall-waqfien mill-ġlied fis-Sirja.
Waqt li kien qed jitkellem fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, il-mibgħut qal li l-ftehim għall-waqfien mill-ġlied li ġie maqbul fi Frar li għadda, ftit li xejn daħal fis-seħħ.
Mhux hekk biss, imma donnu li fl-aħħar jiem il-vjolenza fis-Sirja żdiedet ħafna.
Minn tal-inqas 20 persuna nqatlu l-Erbgħa meta l-Gvern allegatament attakka mill-ajru u laqat sptar u bini reżidenzjali fil-Belt ta’ Aleppo.
Voluntiera li jinsabu f’din il-Belt, li tinsab f’idejn ir-ribelli, qalu li fost il-mejta hemm għadd ta’ tfal u l-uniku pedjatra li kien għad fadal fil-Belt.