Sirjan jipprova jidħol fil-Filippini b’passaport Malti falz

Raġel Sirjan ta’ 32 sena ipprova jaħrab mill-Malażja lejn in-nofsinhar tal-Filippini permezz ta’ passaport Malti falz.
Jirriżulta li fis-6 ta’ Ġunju li għadda, ir-raġel wasal fl-ajruport internazzjonali ta’ Kuala Lumpur fil-Malażja b’passaport Sirjan.
Fil-Qorti, is-Sirjan qal li ħallas ammont kbir ta’ flus sabiex akkwista l-passaport falz Malti.
Huwa ġie mmultat €1,800 jew tmin xhur priġunerija.
Fil-preżent il-forzi tas-sigurtà fil-Malażja qed isaħħu l-uffiċċji tal-immigazzjoni minħabba t-theddida mill-militanti tal-Al Qaeda.