Raġel iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza

Read in English.

Sirjan ta’ 33 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza waqt li kien qed jaqsam it-triq fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ ilbieraħ fis-sitta ta’ filgħaxija fit-Triq Joe Sciberras fil-Ħamrun meta vettura misjuqa minn mara ta’ 39 sena minn Birkirkara laqtet lis-Sirjan.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei bl-ambulanza.

Il-pulizija qiegħda tinvestiga.