Sirjan akkużat b’abbuż sesswali fuq żewġ nisa f’okkażjonijiet separati

Sirjan ta’ 20 sena residenti l-Marsa ngħata s-sentenza ta’ 11-il xahar priġunerija wara li ammetta fil-Qorti li ta fastidju sesswali lil mara.
Il-każ seħħ fl-1 ta’ Jannar fi Triq l-Ispiera għall-ħabta tal-4 ta’ filgħodu meta l-mara kienet waslet lura d-dar.
Huwa beda jipprova jmiss lill-vittma iżda waqaf meta sema’ l-għajjat tal-ġirien.
Il-Qorti ordnat ukoll li l-akkużat iħallas €22 għall-manetti li kisser.
Aktar tard, l-istess Sirjan ittieħed f’awla oħra fejn kien akkużat li fis-2 ta’ filgħodu fil-Milied ta fastidju sesswali lil tfajla ta’ 16-il sena li kienet qed timxi lura d-dar fi Triq San Ġorġ Preca f’Pembroke.
Huwa kien mixli fost l-oħrajn b’abbuż sesswali.
F’dan il-każ, is-Sirjan ċaħad li abbuża sesswalment mit-tfajla, li żammha kontra l-volontà tagħha u li kien fis-sakra.
L-akkużat inżamm arrestat wara li l-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.