Sirja: Tmiem għall-gwerra fix-xhur li ġejjin

Il-President tas-Sirja jgħid li l-gwerra mistennija tispiċċa fix-xhur li ġejjin wara sentejn u nofs ta’ ġlied kontinwu.

Bashar al-Assad qal li t-terroriżmu u l-politika huma opposti. Żied jgħid li t-terroriżmu għandu jiġi miġġieled biex is-sistema politika taħdem kif suppost.

Intant, il-ġlied fis-Sirja kompla għaddej, b’filmati juru ġlied madwar il-bażi tal-ajru ta’ Mannagh. Fil-filmati dehru wkoll xi bombi mitfugħin mill-ajru.

Mill-bidu tal-kunflitt fis-Sirja f’Marzu 2011, tilfu ħajjithom iktar minn 100,000 persuna.