Sirja: It-Turkija tibda azzjonijiet militari mill-art

Smoke rises from the Syrian border town of Ras al-Ain as it is pictured from the Turkish town of Ceylanpinar in Sanliurfa province, Turkey, October 9, 2019. REUTERS/Stringer

Truppi Torok flimkien mal-allejati ribelli Sirijani, bdew invażjoni mill-art fiż-żona tal-Kurdi Sirjani wara li aktar kmieni matul il-ġurnata tal-bieraħ kien hemm attakki mill-ajru fl-istess żona mill-armata Torka.

Il-Ministeru tad-Difiża Torka qal li l-armata Torka u l-armata Nazzjonali Sirjana bdew operazzjoni mill-art bħala parti mill-Operazzjoni Rebbiegħa ta’ Paċi.

Il-midja Torka qalet li l-forzi Torok daħlu minn erba’ postijiet. F’ittra li ntbagħtet lill-Kunsill tas-Sigurta’ tal-Ġnus Magħquda, il-Gvern Tork qal li l-azzjonijiet militari Torok se jkunu meqjusa, proporzjonati u responsabbli.