Sirja: Il-Ġnus Maqgħuda nkwetata li r-reġim qed jispara fuq l-isptarijiet

Il-Kummissjoni tal-Ġnus Maqgħuda li qed tinvestiga l-ġlied fis-Sirja, qed takkuża lir-reġim ta’ Bashar al-Assad li mhux qed iħalli lill-poplu Sirjan jieħu l-kura medika neċessarja hekk kif qed jattakka fuq sptarijiet u strutturi ta’ trasport.

Il-Ġnus Maqgħuda qed tgħid li l-qasam tas-saħħa hu aspett allarmanti ta’ dan il-kunflitt hekk kif l-attakki qed iwasslu biex il-morda u l-midruba ma jiġux trattati kif xieraq.

Skont il-Ġnus Maqgħuda, il-President Sirjan Bashar al-Assad qed juża l-kura medika għal skopijiet strateġiċi u militari.