Sirja: Ikomplu l-evakwazzjonijiet wara attakk qerriedi

L-evakwazzjonijiet minn żewġ zoni fis-Sirja, li huma miżmuma mill-Gvern, reġgħu tkomplew.
Dan hekk kif jiem wara attakk fuq konvoj, li kien qed iġorr lill-persuni evakwati, ħalla 126 persuna mejta, ħafna minnhom tfal.
Madwar 3,000 persuna telqu mill-villaġġi ta’ Foah u Kefraya, liema villaġġi kienu mdawra bir-ribelli.
Sadanittant, għadd ta’ xarabanks ġarrew bosta persuni oħra minn Zabadani, ħdejn Damasku, taħt assedju mill-forzi ta’ favur il-Gvern.