Sirja: Appell mill-Gvern Malti lill-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda

B’reazzjoni għall-attakki li seħħu fis-Sirja, il-Gvern qed jappella lill-pajjiżi membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda biex isibu qbil bejniethom dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Fil-ġranet li għaddew mijiet ta’ persuni ċivili, l-aktar nisa u tfal, inqatlu brutalment, meta kienu attakkatti b’gassijiet velenużi.  

Fi stqarrija, il-Gvern qal li se jsegwi bir-reqqa dak li se jkun deċiż fil-ġranet li ġejjin. Il-Gvern tenna li minbarra li jagħti sehemu fid-diskussjonijiet li jsiru fil-fora internazzjonali, jagħti wkoll sehemu f’din il-ġlieda kontra l-użu ta’ armi kimiċi, skont l-obbligi internazzjonali ta’ pajjiżna u fil-ħarsien sħiħ tal-prinċipji kostituzzjonali ta’ pajjiżna

Il-Gvern reġa’ tenna bil-qawwa kollha l-kundanna tiegħu għall-użu ta’ dawn l-armamenti qerrieda.

Aktar kmieni llum, Il-Prim Ministru Ingliż Cameron u l-President Amerikan Obama ikkonfermaw l-użu ta' armi kimiċi fis-Sirja