Siringi użati ma’ letterbox fil-Ħamrun

Ġenituri ta’ tfal li jgħixu fil-Ħamrun jinsabu mħassba dwar il-periklu minn siringi li tqiegħdu ma’ kaxxa tal-ittri fi Triq il-Mimosa.
Xi persuni saħansitra appellaw biex il-ħaddiema tal-posta joqogħdu attenti meta jiġbru l-posta minħabba l-periklu mis-siringi użati.
Kelliema għall-pulizija spjegat ma’ Newsbook.com.mt li b’mod regolari, pulizija li jkunu fuq ronda f’lokalitajiet differenti jiġbru siringi użati, sabiex ineħħu l-periklu.