Siri issa tista’ taqralek il-messaġġi ta’ Whatsapp

Siri issa tista’ taqralek il-messaġġi fuq Whatsapp.
Il-leħen tal-assistenta artifiċjali għall-apparat tal-Apple issa kapaċi jaqra l-messaġġi kollha li jidħlu fuq Whatsapp permezz ta’ aġġornament ġdid għall-app.
Dan l-aġġornament sar bl-għan li jkompli jiffaċilità l-ħajja tan-nies, speċjalment dawk li forsi jbagħtu biex jaqraw.
Wieħed jista' jattiva din il-karatteristika billi jidħol fis-settings tal-app u jitlob lil Siri biex tibda taqralu l-messaġġi permez tal-kmand Hey Siri.
Dan l-aġġornament fl-app jaħdem biss fuq apparat li juża l-verżjoni 10.3 tal-iOS.