Sirens tajjeb għall-għawm

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qal li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm fis-Sirens, San Pawl il-Baħar hi tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.

Din iż-zona ingħalqet xi jiem ilu minħabba li l-baħar kien imniġġeż.