Sir Kenny Dalglish jiddaħħal l-isptar

Ritratt: liverpoolfc.com

L-eks plejer tal-Liverpool Sir Kenny Dalglish iddaħħal l-isptar wara li ttestja pożittiv għal coronavirus. Huwa għandu 69 sena u ma kellux sintomi.

Il-futboler leġġendarju ddaħħal l-isptar jumejn ilu, nhar l-Erbgħa 8 ta’ April minħabba li kellu infezzjoni u bħala proċedura sarlu t-test li rriżulta fil-pożittiv.

Fi stqarrija li għamlet il-familja ta’ Dalglish qalu li kienu qed iwasslu messaġġ mingħandu fejn qed jitlob lil kulħadd biex f’dan l-istadju jagħtu spażju lill-ħaddiema tal-isptar biex ikunu jsitgħu jibqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħhom. Talbu wkoll biex, bħala familja, tiġi rispettata l-privatezza tagħhom, filwaqt li wegħdu li se jkunu qed iwasslu aġġornamenti dwar il-qagħda ta’ Dalgish minn ħin għall-ieħor.