Sir Elton John isofri minn marda li setgħet kienet fatali

Sir Elton John sofra minn infezzjoni batterjali, li tista’ tkun fatali.
Dan waqt li kien b’tour fl-Amerika t’Isfel, il-ġimgħa l-oħra.
Kawża ta’ din l-infezzjoni huwa kellu jmur ir-Renju Unit għall-kura u kellu jħassar disa’ kunċerti li kien se jagħti fl-Istati Uniti fil-ħmistax li ġejjin.
Huwa għamel jumejn fit-taqsima tal-kura intensiva.
Fi stqarrija, il-manager tiegħu qal li bl-għajnuna tat-tim mediku ġiet iddentifikata malajr l-infezzjoni u l-kura kienet suċċess.
Qal li Elton John ħareġ mill-isptar u qed jistrieħ f’daru.
Huwa mistenni jerġa’ jidher fil-pubbliku fuq il-palk fit-3 ta’ Ġunju biex ikompli bit-tour tiegħu Million Dollar Piano.