​Sir Alex Ferguson l-isptar; intervent mediku urġenti

Sir Alex Ferguson li għamel 26 sena jmexxi lill-klabb Manchester United ittieħed l-isptar fejn sarlu intervent mediku.
Fi stqarrija, il-klabb qal li kellu intervent mediku urġenti li jidher li rnexxa. Huwa kellu emorraġija f'moħħu. Qal li Ferguson issa għandu bżonn ħin ta’ kura intensiva.
Sir Alex Ferguson għandu 76 sena. Huwa rtira bħala maniġier tal-klabb fl-2013.