Sir af lil Hanna, mara li ġġieldet kontra l-ISIS

Dokumentarju ġdid bl-isem ta' Fear Us Women isegwi mill-qrib waħda minn numru ta' nisa li kienu qed jiġġieldu kontra l-ISIS fis-Sirja. 

Hanna Bohman li għandha 48 sena ħalliet warajha ħajja komda fil-Kanada biex tmur tiġġieled mal-armata Kurda magħmula minn nisa biss, il-YPJ.
Hi telqet minn Vancouver fl-2014 fejn ingħaqdet ma' ġellieda oħra Kurdi kif ukoll ġellieda barranin li ngħaqdu flimkien fil-ġlieda kontra l-Istat Iżlamiku.
Id-dokumentarju li sar taħt id-direzzjoni ta' David Darg jikxef il-motivazzjonijiet u l-esperjenzi ta' Bohman f'żona ta' gwerra. Fid-dokumentarju, Bohman tispjega li xtaqet tagħmel differenza. Hi rraġunat li jekk wieħed jista' jingħaqad mal-Istat Iżlamiku, allura hemm possibilità li wieħed jista' jingħaqqad biex jiġġieled kontra l-Istat Iżlamiku.
Fi kliem Bohman, il-ġellieda Ġiħadisti jemmnu li jekk jinqatlu minn mara se jispiccaw l-infern u jqisu dan bħala insult. 
Għal iktar dettalji dwar id-dokumentarju agħfas hawn