​Sindku jgħajjar kostitwent demel

Is-Sindku taż-Żurrieq Natius Farrugia għajjar lill-wieħed mill-kostitwenti tiegħu “demel” fuq Facebook.
Resident taż-Żurrieq tella’ ritratt fuq Facebook jilmenta dwar il-mod kif twaħħal numru fi triq partikolari. 
Is-Sindku qal lir-resident li mhux se jibża’ minnu. “Waħda ngħidlek, iddardarx l-għajn li trid tixrob minna”.

Ir-resident qal li għandu kull dritt jilmenta. Allega wkoll li s-Sindku neħħa sleeping police minn quddiem id-dar ta’ omm is-Sindku.
F'risposta għal dan, is-Sindku kiteb “M’għandek l-ebda dritt issemmi lil ommi demel kollok”.


Newsbook.com.mt ipprova jagħmel kuntatt mas-Sindku dwar din l-istorja.